Seba’ pulizija minn Honk Kong ġew arrestati b’rabta ma’ swat fuq attivist favur id-demokrazija.
Stqarrija mill-pulizija qalet li l-pulizija, li diġa’ ġew sospiżi, kienu arrestati fuq suspett li “sawtu u kkawżaw ġrieħi serji”.
Il-każ seħħ fil-15 ta’ Ottubru fost ħafna ġlied filwaqt li l-pulizija neħħew lid-dimostranti minn mina fil-kamp tal-Ammiraljat.
Ken Tsang, attivist mill-Partit Ċiviku kien iffilmjat jiġi mmanettjat u jaqla’ xebgħa li damet diversi minuti.
//= $special ?>