Lokali

Ritratt : Il-Ħalliel ta’ Sparkle Image

Dan huwa ritratt tal-ħalliel li allegatament wettaq is-serqa ta’ madwar €15,000  mill-istabbiliment ta’ Sparkle Image li jinsab fi Triq Sliema fil-Gżira.

Din is-serqa seħħet it-Tnejn għall-ħabta tal-4.50pm meta impjegata fl-uffiċċju tal-istess stabbiliment kienet qed tgħodd il-flus. Hi telqet mill-uffiċċju għal ftit minuti u ħalliet kollox fuq l-iskrivanja.

Kien hawn li l-ħalliel, liebes beritta, deher jieħu l-opportunità billi sab il-bieb li jagħti għall-uffiċċju miftuħ u l-flus fuq l-iskrivanja. Fi ftit sekondi huwa ħataf kulma kien hemm fuq l-istess skrivanja, €13,000 fi flus kontanti u madwar €2,000 f’ċekkijiet, u ħareġ mill-ħanut bil-kalma kollha.

Kull min għandu xi nformazzjoni huwa mitlub jgħaddiha l-Pulizija.