Lokali

RITRATT: Sigħat twal jistennew

Persuni li jgħixu fid-daħla ta’ San Pawl il-Baħar jinsabu urtati għall-fatt illi l-istage tal-linja qrib il-ground tas-Sirens qed tkun kompletament minsijja. U dan qed iwassal biex diversi ħaddiema, anzjani u studenti jkollhom jistennew ħin twil, u ġieli anke sigħat, biex tasal il-karozza li jkun imiss tal-Malta Public Transport Services.

Jidher illi minħabba xogħlijiet li għaddejin fit-toroq fil-viċinanzi tal-ground, ċertu sewwieqa qed jaqbdu u jevitaw milli jduru għal dan l-istage partikolari.

Nies mill-Qawra u San Pawl il-Baħar esprimew ruħhom urtati għall-fatt li ħadd mhu jagħti kashom, u li skont huma s-servizz tal-linja issa hu agħar minn żmien l-Arriva.

Nies li tkellmu magħna qalulna li issa l-karrozi tal-linja mhux qed jagħddu min fejn il-ground tas-Sirens, imma qed jinżlu n-niżla ta Kennedy Grove.