AĠĠORNATA (3)
Il-plakka kommemorattiva li tfakkar fil-ftuħ tal-Isptar Mater Dei, ġiet maqlugħa minn postha kmieni dalgħodu. Jirriżulta li din il-plakka tneħħiet minn ħaddiema tal-Isptar, fejn jidher li saret xi manutenzjoni fuqha.
Fuq din il-plakka hemm isem l-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi li kien inawgura l-Isptar il-ġdid fl-2007.
Jidher li l-plakka reġgħet tpoġġiet f’postha għall-ħabta ta’ nofsinhar.
Persuna li tkellmet magħna qaltilna li l-ħaddiema “kellhom ordni biex jaqalgħuha”.
//= $special ?>