Lokali

Ritratti : Mutur misruq jispiċċa fil-baħar u jgħereq

Mutur misruq fl-aħħar jiem minn tas-Sliema twaddab fil-baħar f’Tas-Sliema stess.

Hekk kif xi persuni lemħu l-mutur fil-vapur, il-Pulizija ssejħu fuq il-post.

Minħabba li l-mutur laħaq għereq, issejħu wkoll l-għaddasa tal-Forzi Armati ta’ Malta li ntervjenew biex il-mutur jittella’ minn qiegħ il-baħar.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija qed jitmexxew mis-Surġent PS848, u l-kuntistabbli PC1320 u PC83.

Ta’ min jgħid li x’ħin il-low loader tal-Pulizija wasal fuq il-post biex jittella’ l-mutur mill-baħar, tqaċċat il-cable  tal-low-loader.