Il-Pulizija għadha qed tifttex il-persuna jew persuni li wettqu s-serqa mill-vann tad-doughnuts f’Ħaż-Żabbar. Dan is-sit għandu l-konferma li l-ħatja għadhom ma nqabdux.
Ikkonfermajna ukoll li kienu terzi persuni li nfurmaw lil sid il-vann li kienu serqulu l-kaxxa bil-flus.
Kull min għandu xi infromazzjoni li tista’ tgħin f’dan il-każ huwa mitlub jikkuntatja direttament lill-Pulizija.
ID-DETTALJI TAL-BIERAĦ
Vann tad-doughnuts safa fil-mira ta’ serqa minn persuni mhux magħrufa. Il-każ seħħ għall-ħabta tas-7.30pm f’Ħaż-Żabbar.
Mill-ewwel informazzjoni jirriżulta li l-persuni kienu f’vettura misruqa tat-tip Jeep Samurai qabel ma waqfu u talbu l-flus lil sid il-vann tad-doughnuts. Sid il-vann ta l-kaxxa bil-flus lill-ħallelin, li ħarbu mmedjatament mill-post.
Il-każ seħħ qrib il-Bieb ta’ Hompesch, fejn dan il-vann ikun ta’ kuljum armat.
Il-Pulizija bħalissa għaddeja bit-tfittxija tagħha fl-inħawi tal-Kalkara.
//= $special ?>