Residenti fiż-Żejtun qed jesprimu t-tħassib tagħhom wara diversi rapporti ta’ ħallelin li qed iduru d-djar f’diversi toroq tal-lokalità.
Ir-residenti li tkellmu ma’ MaltaRightNow.com qalu li l-ħallelin qed iduru dar dar b’master key. Għaldaqstant, il-ħallelin mhu qed iħallu l-ebda sgassi warajhom, hekk kif ikunu jistgħu jidħlu faċilment mill-bieb prinċipali tad-dar.
Hu mifhum li r-residenti rrappurtaw il-każijiet mal-Pulizija, bit-tama li jsiru aktar rondi mat-toroq tal-lokalità, hekk kif ir-residenti mhux qed isibu l-ebda forma ta’ marki mal-ħitan kif ġara f’lokalitajiet oħrajn fix-xhur li għaddew.
//= $special ?>