Internazzjonali Kurżitajiet Saħħa

Twissija dwar it-tipjip tax-xixa

Filwaqt li t-tipjip tax-xixa hi popolari ma’ ħafna studenti fl-Istati Uniti, ir-riżultati ta’ riċerka ġdida qed juru ħtieġa għall-kawtela. Dan minħabba li x-xixa — jew hookah — fiha l-kimiki li jagħmlu ħsara lill-persuna fit-tul taż-żmien.

Skont l-istudju, d-dħaħen li joħorġu mill-pajp tal-ilma fihom il-benzene, b’dan l-element iżid is-sogru li persuna li tpejjep ix-xixa b’mod regolari tiżviluppalha l-leukemia

Qabel, ir-riċerkaturi kienu wissew dwar ‘epidemija pendenti’ b’kaġun taż-żieda qawwija fin-numru tal-istudenti li qed ipejjpu x-xixa fl-istati Uniti.

Fil-fatt, Nada Kassem, tal-Universita ta’ San Diego, tinsisti li, kuntrarju għal li kienu jaħsbu, it-tipjip tax-xixa jew il-hookah ‘m’għandux jitqies bħala alternattiva li ma tagħmilx il-ħsara fil-ġisem’, u bħalma jiġri mit-tipjip ta’ forom oħra ta’ tabakk.