Internazzjonali

L-iskeda tal-ISIS

Ritratt maħruġ mil-London Metropolitan Police li juri l-iskeda ta’ taħriġ f’kamp tal-ISIS f’Latakia fis-Sirja.

Dan b’rabta mal-każ ta’ żewġ aħwa Ingliżi minn Strattford fil-Lvant ta’ Londra ntbagħtu l-ħabs.

Dan wara li ritornaw lura fir-Renju Unit wara li marru s-Sirja biex jitħarġu mal-ISIS. Mohommod Hassin Nawaz, ta’ 31 sena, kien kundannat għal erba’ snin u nofs ħabs u Hamza Nawaz ta’ 22 sena kien kundannat għal 3 snin ħabs. Huma kienu l-ewwel ċittadini Ingliżi li ttieħdu passi kontrihom wara li rritornaw mis-Sirja wara li marru hemm biex jissieħbu mal-ISIS.