Wara konferenza tal-aħbarijiet li l-Ministru Helena Dalli kellha fi Spiżerija fil-Fgura, il-media preżenti għamlet diversi mistoqsijiet lill-Ministru, li min-naħa tagħha ma ħaditx gost bihom tant li ħarġet mill-Ispiżerija rrabjata. Qabel daħlet fil-karozza, MaltaRightNow.com staqsa lil Helena Dalli dwar il-kwistjoni ta’ xogħol illegali li qed isir fil-Farmhouse tagħha fiż-Żejtun.
Staqsejna lill-Ministru Dalli kif quddiem l-Environment and Planning Commission tal-MEPA, flimkien mal-Perit li qed jirrapreżentaha, kien hemm ir-raġel tagħha Patrick. Dan minkejja quddiem il-cameras ta’ NET News Dalli kienet qalet li jekk qed isir xi xogħol, qed isir mix-xerrej il-ġdid u mhux mir-raġel tagħha.
Madankollu, u minkejja l-evidenza miġjuba quddiemha, Helena Dalli wieġbet billi qaltilna li l-mistoqsija rridu nagħmluha lix-xerrej tal-Farmhouse u mhux lilha.
F’kummenti oħra lill-media, il-Ministru Dalli qalet li hi qatt ma kellha interessi kummerċjali fil-kumpanija PADA Builders, li l-makkinarju tagħha qed jintuża’ fl-propjetà u li diġà spjegat il-pożizzjoni tagħha lbieraħ fil-Parlament.
//= $special ?>