Sport

Grant maħtur kowċ tal-Ghana

L-eks manager ta’ Chelsea Avram Grant inħatar bħala kowċ tat-tim nazzjonali tal-Ghana. Grant iffirma kuntratt ta’ 27 xahar u se jkun qed jieħu post Maxwell Konadu. Dan tal-aħħar kien qed imexxi lit-tim fuq bażi temporanja wara li f’Settembru li għadda Kwesi Appiah ħalla l-kariga ta’ kowċ. Grant se jdum imexxi lil Ghana sa Frar tal-2017, eżatt kif tintemm it-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani ta’ dik is-sena. Grant se jibda jaħdem mat-tim minn nhar it-Tnejn li ġej u għandu biss sitt ġimgħat sakemm iħejji għall-fażi tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani li se tibda f’Jannar li ġej.