Sport

Hughes imut jumejn wara li intlaqat b’ballun tal-cricket

Id-dinja tal-cricket tinsab f’luttu. Dan wara li fl-Awstralja, Phillip Hughes, żagħżugħ ta’ 25 sena, miet kmieni l-Ħamis filgħodu, jumjen wara li kien intlaqat minn ballun tal-cricket waqt il-logħba mill-kampjonat domestiku bejn South Australia u New South Wales. Hughes, intlaqat fuq għonqu u mill-ewwel intilef minn sensih. Minkejja li xorta waħda kien liebes helmet, id-daqqa tant kienet b’saħħitha li arterja li kellu f’rasu infaqgħet u infirex ammont kbir ta’ demm f’moħħu.

It-tabib tat-tim Peter Brunkner iddeskriva dan l-inċident bħala wieħed ‘skerz’ u f’kemm ilu jistudja iltaqà biss darba ma’ każ ieħor bħal dan. Il-Prim Ministru Awstraljan Tony Abbott kien fost l-ewwel li bgħat il-kondoljanzi tiegħu lill-familja ta’ Hughes.

L-Assoċjazzjoni Cricket Australia esprimiet is-sogħba tagħha mal-ġenituri ta’ Hughes f’dan il-mument ta’ dieqa kbira.