Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, 27 ta’ Novembru.
IN-NAZZJON b’ritratt tax-xufier tal-Ministru Manwel Mallia li tressaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ qtil. F’rapport ieħor, dan il-ġurnal jindika li hemm qasma fl-Ambaxxata Libjana bejn dawk leali lejn il-Gvern ta’ Tripli u dawk leali lejn il-Gvern ta’ Tobruk li hu rikonoxxut internazzjonalment. L-istess ġurnal għandu rapport dwar il-Kunsill Ġenerali tal-PN li jiftaħ għada filgġaxija.
Anke THE MALTA INDEPENDENT u L-ORIZZONT jagħtu prominenza lill-aħbar ta’ Paul Sheehan li spiċċa ttieħed l-Isptar ilbieraħ wara li deher fil-Qorti. Hu sostna li reġa’ ħass uġiegħ f’sidru. Il-Qorti ċaħdet it-talba għal=liberta’ proviżorja.
THE TIMES OF MALTA ukoll b’ritratt ta’ Paul Sheehan fil-faċċata, filwaqt li tagħti prominenza lil storja oħra li toħroġ mill-estimi tal-Baġit. Fil-fatt, dan il-ġurnal jinvestiga kif in-nefqa tal-uffiċċju tal-President għas-sena li ġejja se tkun splodiet ‘il fuq b’nofs miljun ewro – flus li se jmorru għall-pagi tal-impjegati li ddaħħlu ma’ Marie Louise Coleiro Preca.
//= $special ?>
