Pajjiżna reġa’ spiċċa fuq l-aħbarijiet internazzjonali għar-raġunijiet il-ħżiena! Dan hekk kif il-każ tal-isparatura tal-Ministru tal-Intern Manwel Mallia ma jibqax limitat għall-media lokali, iżda jsib spazju wkoll fil-media internazzjonali, bil-European Voice ssegwi dan il-każ u tippubblika dettalji dwaru.
L-artiklu jiffoka fuq l-inċident tax-xufier tal-Ministru Mallia u jgħid li normalment, meta f’Malta jkunu sparati tiri, dawn ikunu lejn l-għasafar. Madankollu, f’dan il-każ kien hemm aħbarijiet ħżiena għall-Ministru tal-Intern meta x-xufier tiegħu spara fuq vettura oħra f’każ ta’ inċident tat-traffiku.
L-artiklu jsemmi kif oriġinarjament il-Gvern qal li x-xufier tal-Ministru Mallia kien spara warning shots, iżda aktar tard il-Gvern bidel il-pożizzjoni u qal li ammetta li t-tiri kienu sparati fuq il-karrozza tax-xufer Skoċċiż. F’aktar dettalji, l-artiklu speċifika kif Sheehan hu wieħed miż-żewġ xufiera tal-Ministru Mallia li jġorru arma.
Dwar l-aspett politiku tal-każ, l-artiklu jispeċifika li l-Prim Ministru Muscat iddefenda lill-Ministru Mallia, b’dan isostni li m’għamel xejn ħażin. Quddiem din is-sitwazzjoni, l-Oppożizzjoni sostniet li hemm cover-up u qed tinsisti li Mallia għandu jirriżenja jew jitneħħa.
L-aritklu jitratta wkoll il-mod kif ix-xufier tal-Ministru Mallia kien involut f’inċident ieħor u ddaħħal l-Isptar meta wara diversi ġranet il-Pulizija marret biex tarrestah.
//= $special ?>