… għandu jispjega għaliex il-proċeduri kontra Malta għadhom miftuħa
L-istqarrijiet maħruġa mill-Ministeru tal-Ġustizzja jikkonfermaw li l-Unjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra Malta għaliex il-Gvern Laburista ma daħħalx id-direttiva kontra l-abbuż u l-isfruttament sesswali tat-tfal fil-ħin. Il-Gvern daħħal id-direttiva wara li l-Unjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra Malta.
Il-Membru tal-Parlament Ewropew għal Malta Roberta Metsola fi stqarrija saħqet li billi l-Gvern Laburista ma daħħalx id-direttiva fiż-żmien stipulat, l-Unjoni Ewropea fis-27 ta’ Jannar 2014 fetħet proċeduri kontra l-Gvern. Id-dokument tal-Unjoni Ewropea li qed jiġi pubblikat ma’ din l-istqarrija juri meta nfetħu l-proċeduri kontra Malta u li dawn għadhom miftuħa.
Dan id-dokument jikkonferma li l-Gvern Laburista daħħal id-direttiva wara ż-żmien stipulat u wara li l-Unjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra Malta.
Kważi sena wara li l-Unjoni Ewropea fetħet proċeduri kontra l-Gvern, dawn għadhom miftuħa. Dan hu kollu tort tal-Gvern Laburista.
Flok joqgħod idur mal-lewza, il-Gvern għandu jgħid għaliex il-proċeduri kontra Malta għadhom miftuħa.
Hu l-obbligu ta’ kull politiku li jfittex u jħares l-interessi tat-tfal u l-Gvern Laburista kaxkar saqajh bl-Unjoni Ewropea tieħu passi kontra tiegħu.
//= $special ?>