Illum jingħata bidu għall-24 edizzjoni tal-Malta Marathon Challenge, u r-raba’ waħda konsekuttiva li qed tkun sponsorjata mill-kumpanija Nestle fejn fiha se jkunu qed jieħdu sehem madwar 150 parteċipant.
Dawn il-parteċipanti se jkunu ġejjin minn madwar 13-il pajjiż fosthom il-Bulgarija, il-Finlandja, l-Ingilterra, il-Ġermanja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, l-Olanda, ir-Russja, l-Iskozja, Spanja, l-Iżvezja, Wales u ovvjament Malta.
L-edizzjoni ta’ din is-sena tintemm il-Ħadd 30 ta’ Novembru. Din is-sena, novità fil-maratona se tkun li minbarra l-attività prinċipali se ssir ukoll relay li fiha jieħdu timijiet bi tliet atleti kull wieħed.
L-ewwel stadju tal-maratona se jibda mill-ġonna tal-Mdina u jintemm ir-Rabat. It-tieni stadju se jsir f’Birżebbuġa u fl-aħħar stadju l-atleti se jtellqu minn San Pawl il-Baħar sal-Belt Valletta. Minħabba tiswijiet li qed isiru fi-Triq il-Kosta se jkun hemm tibdil żgġir fir-rotta tal-aħħar stadju.
//= $special ?>

