Raġel ta’ 23 sena miż-Żejtun immultat €800 wara li nstab ħati li kkawża uġiegħ u sofferenza lil żewġ ġriewi wara li qatalhom dembhom meta kien responsabbli miż-żamma tal-ħarsien tagħhom.
Gian Carlo Bonnici sab żewġ ġriewi fl-għalqa meta kien ma’ ommu u ddeċieda li jaddottahom. Huwa nstab ħati mill-Maġistrat Ian Farrugia li wettaq intervent kirurgiku fuqhom u kkawżalhom uġiegħ kbir bla bżonn. Huwa nstab ħati wkoll li żamm il-kliem mingħajr liċenzja.
Mill-provi rriżulta li fi Frar tas-sena l-oħra membri voluntiera tad-drittijiet tal-annimali kien ġew ma’ kelba abbandunata u sitt ġriewi f’Marsaxlokk. Tnejn mill-ġriewi kellhom dembhom maqtugħ u ħadd mill-klieb ma’ kellu “microchip”.
Dawn ħadu l-klieb f’santwarju u meta Bonnici irrealiżża li l-klieb tiegħu kienu neqsin, huwa mar l-Għassa tal-Pulizija taż-Żejtun u rrappurtahom nieqsa. Kien hemm meta huwa ġie nfurmat li l-Pulizija kienet għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar krudelta’ fuq l-annimali.
Il-veterinarju Ivan Galea xehed li minkejja li kien hemm hemm sinjali ta’ maltrattment anke f’dak li għandu x’jaqsam mad-dieta tal-klieb, ma sab l-ebda indikazzjoni li krudelta’ ta’ annimali jew abbandun.
Il-Maġistrat Farrugia qal li Bonnici ammetta li qata’ demb il-ġriewi u qallu li kieku talab l-għajnuna ta’ nies mediċi professjonali ma kienx jispiċċa l-Qorti. Huwa lanqas ma qabel li ma saritx krudelta’ fuq l-annimali. L-Ispettur Carol Fabri mexxiet il-Prosekuzzjoni.
//= $special ?>