Internazzjonali

Jerġa’ jonqos il-prezz taż-żejt

Naqas mill-ġdid il-prezz taż-żejt qabel bdiet il-laqgħa tal-OPEC, illum, fi Vjenna, il-kapitali tal-Awstrija.

Il-prezz taż-żejt mhux raffinat (Brent crude) niżel bi 58 ċenteżmu għal $77.75 il-barmil wara li l-Arabja Sawdija indikat li m’għandhiex tinsisti għal tnaqqis fil-produzzjoni, bħala miżura li tixpruna l-prezzijiet aktar ‘il fuq. Dan ukoll minkejja li l-Veneżwela, l-Iraq u pajjiżi-membri oħra tal-OPEC ħeġġew biex tonqos il-produzzjoni taż-żejt.

L-aħħar statistika uriet ukoll li l-ħażniet taż-żejt mhux raffinat żdiedu matul il-ġimgħa li għaddiet.