Għadha ma tistax tinstab il-jeep Suzuki Samurai (ritratt) li ntużat fis-serqa tal-bieraħ filgħaxija minn fuq vann tad-doughnuts f’Ħaż-Żabbar. Fuq Facebook, sidt il-vettura misruqa kitbet li l-vettura tagħha nsterqet it-Tnejn li għadda miż-Żejtun. Hi appellat biex min għandu xi informazzjoni jikkuntattja immedjatament lill-Pulizija.
Persuna li kkummentat għall-appell ta’ sidt il-jeep qalet li jirriżulta li fit-48 siegħa li għaddew, il-vettura diġà nqabdet minn tliet ritratti meħuda mill-ispeed cameras. Jirriżulta li l-ħallelin qed jużaw il-vettura tard filgħaxija u bil-lejl, hekk kif ir-ritratti mill-ispeed cameras ittieħdu t-Tnejn għall-ħabta tal-4.50am, kif ukoll it-Tlieta u lbieraħ bil-lejl.
Il-każijiet seħħew barra l-Mina ta’ Santa Venera, fit-Triq tal-Barrani u f’San Ġiljan rispettivament.
//= $special ?>