Ewropa Internazzjonali

Kienu responsabbli għal 90% tal-ewro foloz

Il-Pulizija Taljana rnexxielha tkisser grupp kriminali li kien responsabbli għal 90 fil-mija tal-ewros foloz li qed jiċċirkolaw fid-dinja. B’rabta mal-dan il-każ, il-Pulizija ħarġu 56 mandat ta’ arrest.
Il-grupp, imlaqqam ‘il-Grupp ta’ Napli’, kien magħmul minn 11-il grupp kriminali u kull wieħed kellu parti fil-falżifikazzjoni ta’ flus. L-awtoritajiet Taljani qalu li l-grupp tant kien sfaċċat li saħansitra kien ħareġ karta tal-flus ta’ 300 euro – denominazzjoni li ma teżistix – u ċċirkulawha fil-Ġermanja.
Il-Pulizija Taljana qalet li l-grupp kien ibbażat f’Napli iżda kellu rabtiet ma’ gruppi kriminali madwar l-Ewropa u fit-Tramuntana tal-Afrika.
Il-grupp mhux biss kien jipproduċi l-karti tal-ewros foloz iżda daqstant ieħor muniti tal-ewro u ż-żewġ ewro, kif ukoll bollol foloz u biljetti tal-lotterija.