Kultura

Mela darba kien hemm…..Sindyrella u l-Bestja

M’hemmx dubju li il-Pantomima tal-Milied bil-Malti fl-Istitut Kattoliku, il-Furjana saret waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali ta’ divertiment tul il-ġranet sbieħ tal-Milied u din is-sena ma għandiex tkun eċċezzjoni meta il-Kumpanija ħasbet biex tirregalalna produzzjoni oħra mimlija spettaklu, fantasija, żfin, kant, kulur u daħq għall-familja kollha meta f’Diċembru u Jannar li ġej se tlaqqana ma’ żewġ karattri minn żewġ ħrafiet differenti u naturalment isiru storja waħda b’diversi karattri oħra maghrufa… Sindyrella u l-Bestja.

Il-koreografija din is sena ġiet fdata f’idejn Kinetic Dance Studio b’koreografija ta’ Clayton Mifsud u Daphny Gatt li żgur mal-cast formidabbli b’Toni Busuttil għal darboħra bħala d-dama, Snits bħala l-Fairy, Ina Robinich, Brian Farrugia, Simon Curmi, Jeffrey Scicluna, Neville Refalo, Julie Pomorski, Laura Bruno, Pawlu Bonello, Franky Borg, Alan Falzon, Bernice Darmanin, Graziella Farrugia, Rhea Chetcuti u oħrajn se jtuna serata oħra ta’ divertiment għall-familja kollha. Il-band bħas-soltu tkun live taħt id-direzzjoni ta Abigail Brown b’arranġamenti mużikali ta’ JoeBrown.

Mela darba kien hemm …Sindyrella u l-Bestja għandu script oriġinali ta’ Brian Farrugia b’direzzjoni ta’ Ray Abdilla bil-produzzjoni bħas-soltu tkun ta’ Pawlu Testa.