Formula 1 Sport

Toro Rosso mhux se jżommu lil Jean-Eric Vergne

Toro Rosso mhux se jżommu lis-sewwieq Jean-Eric Vergne. Dan żvelah is-sewwieq stess fuq il-profil elettroniku tiegħu. Vergne kien qed jittama li jżomm postu mat-tim wara li sieħbu Daniil Kvyat ħalla lit-tim biex jieħu post l-eks champion tar-Red Bull Sebastian Vettel li minn naħa tiegħu ħalla lit-tim biex ingħaqad mal-Ferrari.

Vergne, li għandu 24 sena esprima d-diżappunt tiegħu fejn qal li minkejja li kellu staġun pożittiv li fih kiseb 22 punt dan ma kienx biżżejjed biex fl-istaġun li ġej isuq mat-Toro Rosso. S’issa, Toro Rosso għadhom ma ħabbrux min se jieħu post Vergne. Is-sewwieq li jieħu post Vergne se jsuq flimkien ma’ Max Verstappen li għad għandu 17-il sena. Hu mifhum li l-akbar favorit hu l-Ispanjol Calos Sainz, iben l-eks sewwieq leġġendarju.