Lokali

Żagħżugħ Niġerjan arrestat wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu l-ħaxixa tal-kannabis

Żagħżugħ Niġerjan ta’ 30 sena residenti f’Udine, l-Italja, ġie arrestat mal-wasla tiegħu f’Malta minn Sqallija wara li nstab li kellu fil-pussess tiegħu madwar 1.5kg ħaxixa tal-kannabis.

Id-droga nstabet f’qiegħ falz tal-bagalja mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.

Ir-raġel, li mistenni jitressaq il-Qorti fis-sigħat li ġejjin, qed jiġi investigat dwar l-importazzjoni u traffikar.

Il-Maġistrat tal-għassa Giovanni Grixti kien infurmat bis-sejba u ħatar diversi esperti biex jassistu fl-investigazzjoni.