Filwaqt li r-Renju Unit qed iħejji għall-festi tal-Milied, ir-residenti ta’ Poole, f’Dorset, jinsabu mħawwdin u mhux ftit irrabjati wara li tħassret parata popolari ħafna għal dawn iż-żmenijiet minħabba l-inkwiet li ’tista tattira l-folol eżaġerati’.
Uħud mir-residenti intervistati qalu li ma jistgħux jifhmu r-raġuni għalfejn l-awtoritajiet ikkonċernati ddeċidew li s-Santa Parade ma ssirx għall-ewwel darba wara 40 sena, minħabba raġunijiet ta’ ‘health and safety’.
L-avveniment, organizzat mid-Dolphin Shopping Centre, ta’ Pool, kien iċ-ċentru tal- attenzjoni f’kull sena, mill-1970 ‘il hawn. Intant, aktar nies qed jikkundannaw id-deċiżjoni biex il-parata ma ssirx bħala ‘xi ħaġa li ma tagħmilx sens’.
L-Uffiċjali qalu li s-Santa Parade sar wiasq popolari u ma jistgħux jiggarantixxu s-sigurta tal-folol. L-istess uffiċjali qed jinkwetaw li jkun hemm wisq nies ġo zona ‘mrekkna u magħluqa’ u minfejn ikunu għaddejjin il-vetturi bħala parti mill-parata.
Madankollu, in-nies ta’ Poole ħarġu petizzjoni fejn insistew biex ‘it-tradizzjoni tkun irrispettata’ u fejn irnexxielhom jiġbru ‘l fuq minn 1,500 firma f’ġurnata waħda biss.
Min-naħa tagħha, Charmaine Parkinson, kunsilliera ta’ Poole, qalet li ‘t-tfal huma ddispjaċuti għall-aħħar u li l-ġenituri tagħhom huma rrabjati ferm għad-deċiżjoni biex din il-parata ma ssirx’.
//= $special ?>