Id-Deputat Laburista u eks-Ministru Laburista Joe Debono Grech qal li qed jgħin u jaħdem mal-Ministru għal Għawdex għall-partit u għax hu Laburist.
Joe Debono Grech kien l-ewwel kelliem li fil-Parlament tkellem min-naħa tal-Gvern dwar il-Ministeru għal Għawdex, u warajh tkellmu t-tliet Deputati Għawdxin.
Joe Debono Grech qal li l-Oppożizzjoni ppruvat tbeżża’ għar-responsabbiltà li ngħata f’Għawdex mill-Gvern. Qal li l-Gvern Laburista sab inkwiet u tkissir f’Għawdex. Iddikjara wkoll li m’hemmx għaġla biex il-Ministru llum jgħid meta se ssir il-cruise terminal u l-yacht marina f’Għawdex
Tkellem ukoll il-Ministru għal Għawdex Anton Refalo li qal li l-Gvern Laburista jrid ikun differenti, u li l-Oppożizzjoni tkisser, tfarrak u ma toffrix soluzzjonijiet.
//= $special ?>