Aġġornata b’filmat
Pajjiżna għandu Gvern mibni fuq gidba u dan iwassal għall-bżonn ta’ politika onesta
Illum li għandna Gvern mibni fuq gidba, qed tinħass iktar minn qatt qabel il-ħtieġa ta’ politika onesta.
Kien dan il-messaġġ ewlieni tas-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Chris Said meta kien qed jindirizza l-ewwel sessjoni tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista bit-tema ‘Politika Onesta’.
Chris Said elenka numru ta’ episodji li seħħew fl-aħħar ġimgħat u li laħqu l-qofol taghħom bl-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia. Episodji li juru li dan il-Gvern qabad it-triq tan-niżla. Episodji li juru li dan il-Gvern bidel biss il-qoxra iżda ma nbidilx.
L-episodji li ġraw fl-aħħar ġimgħat, saħaq Chris Said, kienu ta’ deni kbir għall-politika u wasslu biex in-nies jitilfu l-fiduċja fil-politiċi.
‘Kif tista’ jkollok fiduċja fil-politiċi jekk l-politiċi jippretendu li huma ‘l fuq mil-liġi?’
‘Kif tista’ jkollok fiduċja fil-politiċi jekk l-politiċi jippretendu li huma ‘l fuq mil-liġi?’ staqsa Chris Said b’referenza għall-każijiet tal-Ministru Manuel Mallia, il-Ministru Helena Dalli, il-Ministru Chris Cardona u d-Deputat Luciano Busuttil
B’referenza għall-ka tal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manuel Mallia, is-Segretarju Generali tal-Partit Nazzjonalista saħaq li l-Prim Ministru jmissu jistħi li ma refax responsabilita ta’ dan il-ka u staqsa min huwa l-veru Prim Ministru
Saħaq li f’sena u nofs il-Gvern Labursita nawwar l-indipendenza u attakka l-awtonomija tal-istituzzjonijiet indipendenti. Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista sostna li jekk il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jingħata l-fiduċja jerġa’ jsaħħaħ dawn l-istituzzjonijiet. Tenna wkoll l-impenn tal-PN li jfassal stil ta’ politika differenti li tegħleb il-mentalita ta’ xejn mhu xejn.
Fit-tmiem id-diskors tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-PN qal li minkejja li t-triq tal-Partit Nazzjonalista hija wahħda għat-telgħa l-messaġġ tal-PN jibqa’ wieħed – dak li s-sewwa jirbaħ żgur.
//= $special ?>