Wara li għaddew jumejn, il-Libjan involut fl-attakk b’sikkina f’Paceville f’nofs din il-ġimgħa għadu ma nqabadx mill-Pulizija.
Dan il-Libjan li kien involut fil-ġlieda tal-Erbgħa filgħaxija għadu mfittex hekk kif sa kmieni dalgħodu kien għadu maħrub.
Kif ġie rappurtat b’mod esklussiv minn dan is-sit, il-Libjan kien parti minn grupp ta’ erbgħa li kienu involuti f’argument sħun, u li fih intużat ukoll sikkina. Ir-raġel maħrub allegatament xejjer erba’ daqqiet ta’ sikkina fuq Libjan ieħor, b’dan tal-aħħar jispiċċa l-Isptar isofri minn feriti gravi.
MaltaRightNow.com hu nfurmat li l-vittma qala’ erba’ daqqiet ta’ sikkina, b’waħda minnhom tolqotlu idu l-leminija u oħra f’ġenbu.
Nistgħu nikkonfermaw ukoll li r-raġel ferut ġie rilaxxat mill-Isptar Mater Dei, għalkemm il-kundizzjoni tiegħu kienet waħda gravi. Nifhmu wkoll li din il-persuna diġa’ ġiet interrogata mill-Pulizija sabiex jinkisbu aktar dettalji.
//= $special ?>