Lokali Parlament

Il-Gvern jaħbi wkoll il-playing grounds li mhumiex ta’ sigurtà għat-tfal

Iċaħħad ukoll id-dritt li l-poplu jkun jaf meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali

Il-Gvern mhux biss qed jaħbi informazzjoni dwar materji importanti bħalma huma kuntratti li ffirma mal-kumpanija Henley and Partners dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija, u jaħbi wkoll kuntratti dwar il-bini tal-power station li ma nafux meta se ssir, iżda wkoll informazzjoni li hi ta’ interess għas-sigurtà tat-tfal meta jibqa’ jaħbi informazzjoni dwar liema huma l-34 playing grounds li l-awtoritajiet iddikjaraw li mhumiex safe għat-tfal.

Id-Deputtat Nazzjonalista Paula Mifsud Bonnici appellat lill-Gvern ikun trasparenti u jagħti l-informazzjoni mitluba.
Meta tkellemet fid-diskussjoni fil-Parlament dwar il-Baġit u l-vot tal-Gvern għall-Kunsilli Lokali, Paula Mifsud Bonnici irrimarkat li dwar il-playing grounds fil-lokalitajiet, irreferiet għal diversi mistoqsijiet parlamentari li għamlet lill-Ministru Helena Dalli dwar dawn il-playing grounds, u staqsiet liema huma dawk li mhumiex safe , u f’liema lokalitajiet qegħdin.

Paula Mifsud Bonnici fissret li mit-tweġibiet li ngħataw, intqal li saru 158 spezzjoni u nstabu 34 li mhumiex safe, u li dwarhom l-awtoritajiet ippreżentaw rapport biex jittieħdu l-miżuri neċessarji iżda ma qalitx u ma tatx l-informazzjoni dwar liema huma dawn il-playing grounds u f’liema lokalitajiet.

Għal aktar mistoqsijiet biex tingħata lista ta’ dawn il-lokalitajiet fejn hemm dawn iz-zoni ta’ rikreazzjoni li mhumiex safe għat-tfal, il-Ministru Helena Dalli tefgħet ir-responsabbiltà fuq Ministru ieħor, il-Ministru Owen Bonnici, responsabbli mill-Kunsilil Lokali, li wkoll ma qalx liema huma l-34 playing grounds bl-iskuża li hi informazzjoni sensittiva.

Filwaqt li rrimarkat li l-Gvern qed jagħmel lid-deputati ballun tal-ping pong meta Ministru jibgħatek għand Ministru ieħor, staqsiet jekk dan l-aġir hux biex jaqtgħu qalb id-deputat li jingħata l-informazzjoni mitluba.

Fissret li l-Gvern qed iċaħħad mill-informazzjoni u b’dan mhux jagħti serħan il-moħħ lill-ġenituri li jridu wkoll ikunu jafu liema huma l-playing fields li huma safe u dawk li mhumiex. Staqsiet ukoll x’qed isir biex isiru safe. Appella għal fond speċjali għall-manutenzjoni tal-playing fields biex dawnikunu safe.

Dwar il-Kunsilli Lokali, Paula Mifsud Bonnici qalet li kien il-Partit Nazzjonalista li ta opportunità lill-Maltin jagħżlu lil min jirrappreżentahom fil-lokalità tagħhom u din l-opportunità ħatfuha u għoġbithom.
Ma tifhimx, iżda kif il-Gvern iddeċieda li jipposponi l-elezzjonijiet tas-sena d-dieħla għaliex il-poplu għejja jivvota, u ġġustifika wkoll ir-raġuni tiegħu biex jiffranka l-flus.

Ikkritikat lill-Gvern li qed iċaħħad il-poplu minn informazzjoni importanti – dik tad-dritt li jkun jaf meta se jsiru l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Fissret li l-Oppożizzjoni qed tikkritika lill-Gvern dwar il-Kunsilli Lokali biex tittranġa s-sitwazzjoni u mhux qed ikun negattiv.
Dwar il-Kumitti Amminsitrattivi, qalet li l-Gvern qiegħed jinjora dawn il-Kumitati, u rrimarkat li m’hemm ebda proposta waħda għas-16-il Kumitat Ammistrattiv li jvarjaw fil-kobor tagħhom.

Appellat lill-Gvern biex jagħti wkoll aktar poteri lill-Kunsilli Amministrattivi u ma jibqgħux dipendenti biss fuq il-kunsilli lokali u dan meta nafu li hemm sitwazzjonijet fejn m’hemmx relazzjonijiet tajba bejn Kunsill u Kumitati Ammnistrattivi.

Staqsiet ukoll jekk hux il-każ li hemm Kunsilli Amministrattivi kbar għandhomx jingħataw status ta’ kunsilli lokali.
il-Gvern jemmen fil-knsili lopkali li jistgġujagħmlul differenza, appellat lill-Gvern jieġu bis-serjeta u jagġtihom l-għodd akollha biexjiffunzjonaw fl-interess tar-residenti