Lokali

IL-KAŻ MANWEL MALLIA: Jeżistu filmati tal-isparatura

L-isparatura tax-xufier tal-Ministru Mallia inqabdet minn żewġ nisa b’filmati fuq il-mobiles tagħhom. Dan joħroġ mill-inkjesta Maġisterjali li ssoktat fl-aħħar jiem, fejn jidher li l-argument bejn Sheehan u l-Iskoċċiż, kif ukoll l-isparatura innifisha, inqabdu bil-mobiles ta’ mara u t-tifla tagħha.

Il-ġurnal THE TIMES OF MALTA illum qed jiżvela li kien hemm raġel li prova javviċina liż-żewġ nisa biex jara dawn il-filmati. Iżda dan ir-raġel baqa’ ma ġiex identifikat.

Omm u bintha ffilmjaw l-isparatura li seħħet fil-Gżira

Qed jiġi rappurtat ukoll li n-nisa irrifjutaw li jgħaddu dawn il-filmati lil din il-persuna misterjuża.

Għalkemm il-filmati mhux ċari, jirriżulta li mill-filmati jinstemgħu sew it-tiri li ġew sparati lejn il-karozza tal-iskoċċiż.