Wieħed mill-ħamsin leggenda ta’ Juventus, l-eks goalkeeper Lucidio ‘Cochi’ Sentimenti IV, miet dalgħodu fl-eta’ ta’ 94 sena.
Sentimenti, li lagħab għall-Bianconeri bejn l-1942 u l-1949 kien ukoll il-goalkeeper tal-Italja fit-Tazza tad-Dinja tal-1950 fil-Brażil. Lagħab ukoll ma’ Modena, Lazio, Vicenza, Cenisia u Torino.
Wara li Sentimenti rtira, hu kien ifforma wkoll parti mill-istaff ta’Juventus, jassisti fil-kowċing liż-żgħażagħ tal-akkademja tal-klabb.
Riċentament, Sentimenti kien intagħżel mill-Juventus bħala wieħed mill-ħamsin leġġenda tal-klabb bit-tpoġġija ta’ stilla li ġġib ismu fil-Juventus Stadium.
//= $special ?>
