Lokali

Jinstabu ż-żewġ tfajliet li kienu rapurtati nieqsa

Iż-Żewġ tfajliet li kienu rrapurtati nieqsa lill-Pulizija nhar it-Tnejn fl-Għassa tal-Pulizija tal-Ħamrun, instabu. Fi stqarrija tal-Pulizija ntqal biss li t-tfajliet li kienu rapurtati nieqsa nstabu, iżda ma ntqalx fejn instabu.

Sephora Camilleri (lemin) ta’ 15-il sena u Donna Edris (xellug) ta’ 16-il sena instabu wara ħames t’ijiem.

Sephora Camilleri fil-21 ta’ Jannar ta’ din is-sena kienet diġa ġiet rapurtata nieqsa flimkien ma’ ħabiba tagħha ta’ 14-il sena.