FORMULA 1: Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li l-Kapijiet tal-Formula 1 qablu biex titneħħa r-regola tal-punti doppji, regola li tant qajmet kontroversja matul dan l-istaġun. Qabel beda dan l-istaġun ġiet introdotta regola fejn fl-aħħar Grand Prix bdew jingħataw punti doppji u dan sar biex ikun hemm aktar element ta’ interess fl-isfida għat-titlu. Fl-aħħar tellieqa din ir-regola ma kinitx determinanti biex iddeċidiet min rebaħ il-kampjonat għax il-lider Lews Hamilton, li kellu vantaġġ ta’ 17-il punt fuq l-eqreb rivali tiegħu Nico Rosberg, rebaħ it-tellieqa biex ġie inkurunat champion.
Jidher issa la darba l-kapijiet qablu bejniethom biex din ir-regola titneħħa issa jħabbru d-deċiżjoni waqt il-laqgħa tal-Kunsill tal-FIA li se ssir ġimgħa oħra. Il-grupp li jieħu dawn id-deċiżjonijiet hu magħmul minn Bernie Ecclestone, Kap tal-F1, Jean Todt, il-President tal-FIA u sitt timijiet prinċipali.
Ta’ min jiftakar li Ecclestone kien insista ħafna biex minflok jingħataw punti doppji biss fl-aħħar GP, jingħataw punti doppji fl-aħħar tliet Grand Prix. Diversi sewwieqa, matul l-istaġun kieni kontra din ir-regola minħabba li jista’ jkun hemm possibiltà li t-titlu ma jintrebħax mill-aktar sewwieq li kien konsistenti tul l-istaġun.
//= $special ?>

