Poplu li jrid futur ġust – Jerome Caruana Cilia
“Pajjizek qed isejjaħlek u jekk int tħobb lil pajjiżek għandek tirrispondi.” Qal dan Jerome Caruana Cilia li fid-diskors tiegħu tkellem dwar dak li għaddej minnu pajjiżna.
Semma’ iż-żmien turbolenti li għadda minnu pajjiżna fi żmien Gvern Laburista tat-tmeninijiet illum mhux biss passat għax xorta waħda għadu jhedded lil pajjiżna. Dan hu rifless fl-ammont ta’ transfers politiċi ta’ gvern li jwiegħed mod u jwettaq ieħor.
Caruana Cilia qal li hu, bħal żgħażagħ oħra, qed iwasslu messaġġ li xebgħu minn politika bħal din għax jixtiequ opportunitajiet ġusti, irrelevanti mit-twemmin politiku tagħhom.
Għalhekk hu appella biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jitkellem man-nies u jibni politika għan-nies tat-triq biex ikollna soċjeta’ onesta li timxi bis-sewwa.
Bil-moħbi Gvern Laburista għakkes lill-bagħtut – Alex Perici Calascione
Alex Perici Calascione, it-teżorier tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar żewġ mizuri li daħħal il-Gvern bil-moħbi; iż-żieda fil-miżati għall-eżamijiet u l-kera tal-propjetajiet tal-Gvern.
Perici Calascione tkellem dwar kif Gvern li suppost hu soċjalist, għakkes lil min hu fil-bżonn u li dawn il-miżati se jolqtu lil min verament hu fil-bżonn. U dan minn Gvern li ħa l-poter wara li tkellem fit-tul dwar kemm il-ħaddiem hu għal qalbu.
Għalhekk hu qal li l-Partit Nazzjonalista hu msejjaħ biex għal darb’oħra jkun qalbu mal-ħaddiema, speċjalment dawk li qed iħossu xogħolhom mhedded bħal tal-Enemalta, dawk li jaħdmu fil-manifattura, ġenituri li jaħdmu biex uliedhom igawdu fl-edukazzjoni, u dawk li huma qiegħda jew jgħixu f’akkomodazzjoni soċjali.
Gvern li tilef il-maskra ta’ qabel l-elezzjoni – Mark Anthony Sammut
Mark Anthony Sammut fakkar kif il-Gvern Laburista llum qed jitlef il-maskra li kellu qabel l-elezzjoni u li llum qed juri l-ingann kollu tiegħu. “Illum għandna Gvern li pprova jgħatti dak li għamel ix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia,” sostna Mark Anthony Sammut li qal li dan hu xhieda ta’ Gvern li jimxi bin-nepotiżmu.
Hu qal li dan mhux l-ewwel każ, għaliex Il-Prim Ministru ma ressaqx impeachment kontra Maġistrat waqt li għannaq lil min kien ħati ta’ reati bħala eroj, suldat tal-azzar.
Mark Anthony Sammut qal li l-poplu jrid li l-prinċipji bażiċi tiegħu jiġu protetti, poplu li hu lest li jiġġieled għad-drittijiet tiegħu u mhux lest li jħalli gvern jagħmel dak li jrid speċjalment għax għandu l-poter. “Hu għalhekk li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq politika onesta,” temm jgħid Mark Anthony Sammut.
Politika għall-ġid tal-pajjiż – Trevor Degiorgio
Trevor Degiorgio, is-Segretarju Internazzjonali tal-Partit Nazzjonalista fisser lill-politika bħala mezz li tgħin u ttejjeb il-kwalita’ tal-ħajja. Filwaqt li fakkar li s-slogan tal-Partit Nazzjonalista għal dan il-Kunsill Ġenerali hu Politika Onesta għaliex għandu viżjoni.
“Il-prinċipji li għandu l-Partit Nazzjonalista ma nbidlux meta tlifna l-aħħar elezzjoni ġenerali,” qal Trevor Deiorgio.
Hu kompla li l-Partit Nazzjonalista li hu jifforma parti minnu għaraf li żbalja fil-passat. Illum-il ġurnata qal li l-partit qed jaħdem biex jerġa’ jkun qrib il-poplu. Madankollu fakkar kif dan il-partit ma ppruvax jagħmel bħal Gvern Laburista, li rrefera għalih bħala gvern diżonest, u qed jimxi mas-slogan tal-onesta’.
Diskors ta’ tama fil-futur li jixraq lil pajjiżna – Claudio Grech
Claudio Grech, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa ddeskriva l-aħħar jiem bħala jiem li fihom saru ħafna affarijiet fosthom baġit twil ħafna imma nieqes mis-sustanza u r-ruħ soċjali.
“Jiem biss wara imbagħad morna għall-azzjoni, b’xufier tal-Ministru Mallia jispara fuq persuna oħra,” qal Claudio Grech. Imma hu rrefera għad-diskors ta’ Simon Busuttil b’reazzjoni tal-baġit bħala l-apiċe tal-avvenimenti għaliex il-Kap tal-Oppożizzjoni għamel lill-Partit Nazzjonalista bħala partit rilevanti, partit onest.
“Id-diskors ta’ Simon Busuttil irrifletta t-tama ta’ ħafna li l-Partit Nazzjonalista jista’ verament jagħti futur lil pajjiżna,” temm jgħid Claudio Grech.
Pakkett ileqq imma vojt-Angelo Micallef
Il-Partit Laburista rnexxielu juri konsistenza biss fil-mod kif iħalli l-affarijiet għaddejin għal riħhom kif għamel fil-kaz tat-trasport, fis-saħħa, fil-ġustizzja u kif għamel fil-kaz tal-Ministru Manwel Mallia.
Joseph Muscat qabel l-elezzjoni offra pakkett ileqq izda issa qed jiftħu u l-poplu qed jara li dan hu pakkett vojt mingħajr ideat. L-enerġija kienet waħda mill-wegħdiet ta’ Joseph Muscat u tant ta importanza li ħa r-responsabbiltà tagħha hu stess. Illum kwazi sentejn wara, il-pajjiz għadu fejn kien. Ma hemm ebda proposta ta’ enerġija minn sorsi nodfa.
Il-Prim Ministru jinteressaħ biss jiddefendi lil dawk ta’ madwaru kif qed jagħmel fil-kaz ta’ Manwel Mallia minkejja l-lista ta’ skandli attribwiti lit-tmexxija tiegħu.
Aktar viċin il-poplu-Wayne Hewitt
Għal darb’oħra qed ikun il-Partit Nazzjonalista li juri li jemmen verament fil-Kunsilli Lokali. Hu bis-saħħa tal-PN li l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali se jsiru s-sena li ġejja biex il-poplu jkun jista’ jagħzel lil dawk li jridu jirraprezentawh.
Il-Partit Laburista wera li jemminx fil-Kunsilli u dawn iridu dejjem isibu lill-PN biex isaħħaħhom finanzjarjament biex ikunu ta’ servizz għar-residenti.
Wayne Hewitt qal li hu se jaħdem biex iressaq lill-PN aktar qrib il-poplu u jikkonvinċih jagħti l-vot lill-partit li lest ikun ta’ serbizz għall-komunità.
Il-PN hu partit b’koalizzjoni ta’ ideat u għandu politika li terġa’ tagħti d-direzzjoni li dan il-pajji illum tilef.
Partit li jħaddem pinċipji sodi-Elaine Camilleri
Il-Partit Nazzjonalista ta prova kontinwa li jħaddem prinċipji sodi u dejjem mexxa l-pajjiz ‘il quddiem b’ekonomija soda. Il-PN mar fl-Oppozizzjoni minħabba l-astensjoni ta’ numru kbira ta’ votanti. Il-PN għalhekk jibqa’ jzomm kuntatt mill-qrib man-nies. Permezz tal-Kunsilli Lokali irid jibqa’ jzomm ir-rabtiet soċjlai u ma jkunx biss vuċi izda wkoll jimplimenta dak li jistennew minnu n-nies.
Min iservi fil-politika għandu jemmen li dak is-servizz li jagħi hu missjoni li jrid jaqdi b’mod serju. Dan kollu jista’ jseħħ jekk tkun applikata politika onesta.
L-onestà hi l-qofol ta’ politika serja-Aaron Micallef
Jekk kien hemm zmien li fih kellu dubji jekk hux lest iservi fil-politika, it-tema tal-Kunsill inkoraġġietu jagħmel għazla favur li jagħti servizz lill-poplu. Meta wieħed iħobb lill-pajjiz jemmen li s-servizz li jagħti għandu jkun imnebbaħ mill-onestà.
Il-poplu jsib li hu l-Partit Nazzjonalista biss li dejjem offra lill-pajjiz rekord eċċellenti ta’ proġetti li offrew lill-poplu ħajja aħjar.
Biex dan l-għan jintlaħaq hi meħtieġa l-ħidma ta’ kulħadd u mhux ħidma fl-interess individwali. Imma ħidma favur l-interess tal-komunità.
Prim Ministru li jkaxkar saqajh-Alan Abela Wedge
Illum hawn Prim Ministru li minbarra li jigdeb ikaxkar ukoll saqajh biex jieġu deċizjonijiet importanti. Hekk għamel fil-kaz tal-Ministru Manwel Mallia. Il-PN mhux se jħalli li jtawwal iz-zmien biex jieħu deċizjoni bil-ħsieb li jintilef l-interess. Il-PN kien dejjem fuq in-naħa tajba tal-istorja u se jkompli jaħdem biex iwassal il-verità.
Tibdil għal-politika onesta-Pierre Portelli
Simon Busuttil bħala Kap tal-PN mhux biss wera x-xewqa li jseħħ it-tibdil izda wera li t-tibdil jista’ jsir b’mod konkret.
Sa tliet snin ilu Pierre Portelli qal li ma kienx jinteressaħ mill-politika izda llum irrealizza li għandu sehem x’jagħti u jrid ikun għodda biex iġib titjib fil-lokalità tiegħu u anke fil-pajjiz.
Hu jrid iwassal messaġġ li hu l-PN il-partit li jista’ jwassal politika ta’ onestà u integrità. Il-PN jibqa’ mibni fuq il-valuri li sawwruh. Il-poplu jista’ jimxi ‘l quddiem jekk ineħħi l-biza’ billi jemmen li s-sewwa jirbaħ zgur.
Gvern li jikber izda jċekken il-poplu-Charlot Cassar
Illum qed naraw Gvern li jinteressah biss li jikber hu mingħajr ma jirrealizza li aktar ma jikber il-Gvern aktar qed inaqqas it-tkabbir tal-persuni individwali. L-ekonomija trid li jkun il-poplu li jikber biex jgġin fil-ħolqien tal-ġid. Aktar ma jkun hemm indħil mill-Gvern aktar se jtellef il-ħelsien personali.
Charlot Cassar qal li minbarra l-indħil, dan il-Gvern reġa’ ġab il-biza’ li l-poplu kien insiha. Bil-kaz tax-xufier ta’ Manwel Mallia, il-poplu qed jerġa’ jħoss il-biza’ u għalhekk jitlob għall-impenn ta’ kull persuna li temmen fil-libertà biex din terġa’ ġġib
//= $special ?>