Futbol Sport

Jimpressjonaw Everton, Salzburg u Fiorentina

Fiorentina u Everton kisbu rebħiet importanti barra minn darhom kontra Guingamp u Wolfsburg rispettivament biex rebħu l-gruppi tagħhom.

Impressjonaw ukoll Salzburg li rebħu 3-1 barra minn darhom kontra Celtic biex aċċertaw ir-rebħ ta’ Grupp D. Il-protagonista kienAlan li skurja żewġ gowls bikrija, b’Johansen inaqqas id-distakk u b’Keita jissiġilla r-rebħa fil-ħin miżjud.

Napoli,minkejja li ġew draw 0-0 kontra Sparta Prague għaddew għall-fażi li jmiss u jirbħu Grupp I jekk jegħlbu lil Slovan Bratislava fl-aħħar logħba. Fiorentina, li kienu diġa’ ikkwalifikaw issiġillaw il-logħba kontra Guingamp ta’ Franza kmieni hekk kif sa wara kwarta kienu diġa’ 2-0 minn fuq.Marin poġġa lil Viola fil-vantaġġ wara sitt minuti u fit-13-il minuta Babacar għamilhom tnejn.

It-Taljani spiċċaw jilagħbu b’10 meta tkeċċa Basanta minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima imma dawn xorta waħda ħadu t-tliet punti, anke jekkGuingamp għamlu taqsima sħiħa jattakkaw wara li kienu naqqsu d-distakk minn penalty ta’ Beauvue.

Fl-aktar logħba interessanti tal-bieraħ Everton rebħu 2-0 filĠermanja kontra Wolfsburg. Issolitu Lukaku fetaħ l-iskor għal Everton fit-43 minuta u bir-reazzjoni ta’ Wolfsburg ma tasalx kien Mirallas li skurja kwarta mittmiem biex issiġilla r-rebħa.

Dinamo Moscow huma l-uniku tim li fadal b’rekord perfett dan listaġun hekk kif dawn irreġistraw il-ħames rebħa minn daqstant partiti meta rebħu 2-1 kontra Panathinaikos. It-tim l-ieħor li qabel il-bieraħ ukoll kellu rekord perfett kien dak ta’ Legie Warsaw imma dawn tilfu 1-0 barra minn darhom kontra Lokeren. Il-holders Seville sofrew l-ewwel telfa meta tilfu 2-0 barra minn darhom kontra Feyenoord.

Gowl ta’ Stambouli fil-50 minuta kien biżżejjed biex ta rebħa ta’ 1-0 lil Tottenham kontra Partizan. Inter wettqu rimonta f’San Siro u rebħu 2-1 kontra Dnprio. Rotan poġġa lil Dnpiro fil-vantaġġ u wara l-istess Dnpiro fallew penalty. Ta’ dan pattew qares għax Inter, minkejja li tkeċċielhom Ranocchia fl-47 minuta dawru r-riżultati b’gowls ta’ Kuzamanovic u Osvaldo.

Intant, Torino ġew miżmuma 0-0 f’darhom kontra l-liders ta’Grupp B, Brugge.

Il-partita bejn Estoril u PSV kellha tiġi abbandunata minħabba l-maltemp.