Studju li sar fost 8,000 tabib sab li wieħed minn kull tliet tobba jappoġġjaw l-ewtanasja, u numru dejjem jikber ta’ tobba jaslu biex jgħinu lill-pazjenti tagħhom sabiex imutu.
L-istħarriġ li sar mir-Royal College of Physicians sar hekk kif il-House of Lords qed jiddibatti abbozz ta’ liġi li se jkun qed jippermetti pazjenti terminali, b’inqas minn sitt xhur ħajja, sabiex itemmu ħajjithom b’doża fatali ta’ mediċini
Ir-Royal College qal li se jkun iżomm mal-pożizzjoni tiegħu u se jkun qed jopponi kull bidla – iżda qal li l-istudju wera “diverġenza fl-opinjoni” fost il-komunita’ medika.
B’kollox, 32.3 fil-mija qalu li huma jappoġġjaw bidla fil-liġi sabiex jingħata permess għal suwiċidju assistit minn pazjenti morda gravi, bl-għajnuna tat-tobba.
//= $special ?>