Kollox jindika li l-għaqda Pulse rebħet il-maġġoranza fl-elezzjoni tal-Kunsill Studenti MCAST (KSM). Skont informazzjoni preliminarja, il-Pulse akkwistat 6 siġġijiet minn Kunsill ta’ 10 membri.
Dan ifisser li l-għaqda SDM kisbet ‘il bqija tas-siġġijiet jiġifieri 4.
Ftit tal-ġimgħat ilu, l-SDM rebħet l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Junior College (KSJC) u f’Marzu li għadda l-SDM rebħet ukoll l-elezzjoni tal-Kunsill Studenti Universitarji (KSU). Dan ifisser li l-SDM irnexxiela teleġġi rappreżentanza f’kull Kunsill tal-Istudenti li kkontestat.
//= $special ?>