Raġel ta’ 55 sena, residenti f’garaxx ġewwa Marsaxlokk inżamm taħt arrest preventiv wara li wieġeb mhux ħati li ffroda mara wara li sarraf ċekkijiet misruqin. Ġużeppi Cassar, li jgħix bil-benefiċċji soċjali, ċaħad li uża ktieb taċ-ċekkijiet li allegatament kien misruq minn Susanne Fenech u li sarraf dawn iċ-ċekkijiet bejn l-1 u l-21 ta’ Jannar ta’ din is-sena.
Huwa ġie mixli wkoll li wettaq reat waqt ordni ta’ probation u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest fuq każ differenti f’Lulju tas-sena li għaddiet. Cassar wieġeb mhux ħati u inżamm taħt arrest preventiv. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Rennie Stivala u Robert Sarreo, filwaqt li għall-akkużat dehru l-Avukati Michael u Lucio Sciriha.
//= $special ?>