Negozjant miljunarju fiċ-Ċina waqqa’ numru ta’ djar żgħar u antiki fil-villaġġ ta’ Xiongkeng, u bena l-flats lussużi b’xejn għar-residenti. Hu għamel dan biex ‘jirringrazzja’ lir-residenti talli huma dejjem ħadu ħsieb lilu u lil familtu waqt tfulitu.
Xiong Shuihua kien trabba fl-inħawi ta’ Xiongkeng, fiz-zona ta’ Xinyu, u ma nesa qatt kemm dawn ir-residenti kienu waqfu miegħu u mxew tajjeb ma’ familtu. Għaldaqstant, u ladarba Xiong għamel ‘il-miljuni’ fl-industrija tal-azzar, hu iddeċieda li jagħti rigal xieraq lil dawn in-nies fejn bnielhom id-djar ġodda minflok il-huts li kienu spiċċaw fi stat ta’ telqa u abbandun.
Xiong anki wiegħed li r-residenzi anzjani tal-villaġġ u r-residenti bi dħul baxx ‘se jkunu garantiti’ minn tliet ikliet kuljum biex huma jgħixu ħajja aħjar.
//= $special ?>