Ingliż ta’ 36 sena, li għandu diffikultajiet biex jitgħallem u li għandu problema ta’ alkoħol, ġie kundannat għal sentenza sospiża mill-Qorti wara li m’ammettiex u iżda ftit wara reġa’ bdielu u qal li kienu hu li kkawża ħsarat ta’ kważi €800 fil-kamra tal-lukanda meta kien taħt l-effett tax-xorb. Il-każ seħħ nhar il-Ħamis li għadda.
Għall-ewwel Joey Bond wieġeb mhux ħati li kkaġuna ħsarat fil-kamra tal-lukanda Soreda għall-ħabta tal-9.45pm, fejn qiegħed joqgħod għal din il-vaganza. Fl-awla, l-imputat deher aġitat għall-aħħar, tant li l-Maġistrat Miriam Hayman staqsietu x’għandu.
Min-naħa tiegħu, I-Ingliż qal li għandu diffikultà biex jitgħallem u qed jirċievi l-benefiċċji mill-Ingilterra. Fil-Qorti qal ukoll li huwa jrid iħallas għad-danni li kkawża, madankollu ma għanudx il-flus meħtieġa u għalhekk irid imur Londra.
F’dan il-ħin huwa qal li għandu problema tax-xorb, li ddaħħlu f’ħafna problemi oħra. L-Avukat Alessandro Lia talab lill-Qorti biex is-seduta tkun sospiża għal ftit minuti biex ikun jista’ jikkonsulta lill-klijent tiegħu.
Wara li s-seduta kompliet, l-Ingliż ammetta u wiegħed li jħallas id-danni sas-17 ta’ Diċembru li ġej. Il-Maġistrat Miriam Hayman ikkundannat lill-imputat għal tmien xhur ħabs sospiżi għal 18-il xahar. Wara li tat is-sentenza, il-Maġistrat Hayman wissiet lill-imputat biex jieħu ħsieb saħħtu.
//= $special ?>

