L-istudenti li jattendu l-iskola fi Queensland, fl-Awstralja, ingħataw direttiva biex ma jġibux magħhom ħelu bħall-‘candy canes’. Dan meta l-awtoritajiet tal-iskejjel qed jinkwetaw dwar l-obeżita waqt li jimpenjaw ruħhom biex ‘jeżaminaw u jikkonfrontaw il-messaġġi li jaslu lit-tfal għal żmien il-Milied’.
Intant, il-prinċipali tal-iskejjel irrifjutaw l-akkużi li qed jilgħabuha tal-‘Grinch’, wara li numru ta’ skejjel ma aċċettawx li l-istudenti tagħhom idaħħlu dawn il-‘candy canes’.
Wieħed mill-prinċipali, Bradley Fox, tal-Iskola ta’ Burpengary, qal li ma naqsux l-akkużi li d-direttiva ‘hi waħda eżaġerata’. Iżda, fl-istess ħin, hu insista li l-‘candy canes’ u ħelu ieħor ma jitqiesux aċċettabbli bħala rigal tal-Milied.
Fox qal li li l-iskola tiegħu enfasizzat l-importanza li l-istudenti jieklu ikel sustanzjuż u tajjeb għas-saħħa u li ‘t-tradizzjoni fejn it-tfal jagħtu l-‘candy canes’ lil xulxin f’dan iż-żmien tas-sena, isservi biex ittellef din il-kampanja’.
//= $special ?>