Lokali

Aġġornata bir-ritratti : Tinstab bomba tat-Tieni Gwerra Dinjija fil-Birgu

F’Couvre Porte, il-Birgu instabet bomba tat-tieni Gwerra dinijija.

Il-bomba jidher li nstabet wara li xi ħaddiema kienu qed jagħmlu xi xogħol fil-foss tal-Birgu. Il-ħaddiema ġew evakwati immedjatament.

Fil-post waslu membru tal-Explosives Ordnance Disposal tal-Forzi Armati ta’ Malta.

Il-Membri tal-Forzi Armati ikkonfermaw li l-bomba ma kienitx ta’ periklu u din tneħħiet minn fuq il-post.