Fil-Port Ħieles f’Birżebbuġa nstabu ħames squirrels li jistgħu jkunu invasivi. Dan ħareġ minn riċerka li saret min-Nature Trust flimkien mal-Malta Rodent Society.
Il-President tal-Malta Rodent Society, Arnold Sciberras, ħabbar li nstabu dawn l-ispeċi li jistgħu jkunu invasivi u jkunu ta’ ħsara għall-biodiversita’ lokali. Dan għaliex f’pajjiżna m’hawn l-ebda speċi t’annimal li jiekolhom u allura jkomplu jkattru bla kontroll.
Ir-riċerka fil-Port il-Ħieles saret wara li ħarġu ritratti li juru l-isquirrel tat-tip Indian Palm li joriġina mill-Indja u s-Sri Lanka. Meta dan l-ispeċi ta’ squirrel kien introdott fil-Punent tal-Awstralja, dan infirex fil-kampanja tant li llum spiċċa fil-mira ta’ kampanja ta’ kontroll biex ma jkomplix ikun ta’ theddida għall-ambjent.
F’pajjiżna dan l-isquirrel ilu jiġi mpurtat u miżmum domestikament. Madankollu jekk dan jaħrab u jirnexxielu jadatta għan-natura lokali, dan jista’ jinfirex malajr.
//= $special ?>