Mara kienet arrestata wara serqa li seħħet iktar kmieni wara nofsinhar f’Tas-Sliema.
Il-każ seħħ fi Triq Sant’Injazju, viċin fejn kienet il-lukanda Galaxy. Il-mara nqabdet fl-att, hekk kif is-sidien tad-dar, malli waslu lura fir-residenza tagħha, sabu il-bieb tad-dar sgassat u qabdu lill-mara qed tisraq minn ġo darhom.
Il-mara, ta’ nazzjonalita’ barranija u li għandha madwar 40 sena, pruvat taħrab iżda s-sidien irnexxielhom isakruha ġewwa, waqt li ċemplu għall-għajnuna.
Il-Pulizija marret fil-post u arrestat lil mara filwaqt li għal xi ħin għalqet it-triq għat-traffiku.
//= $special ?>

