Kayla Montgomery hi tfajla ta’ 18-il sena fl-Istati Uniti; waħda mill-aqwa atleti tal-long-distance fl-Istati Uniti. Imma wara kull tellieqa, Kayla tintelaq mal-art, titlob l-għajnuna waqt li ma tibqax tħoss saqajha iktar.
Kayla ilha tbagħti mill-Multiple Sclerosis mindu kellha 14-il sena u kellha tieqaf tilgħab l-isport favorit tagħha; il-futbol. Dan għaliex is-saħħa li trid biex tixxuttja l-ballun u tilgħab il-futbol ma jgħinx lill-kundizzjoni tagħha.
Imma madankollu Kayla ma qatgħetx qalbha u minflok bdiet tiġri u tieħu sehem fit-tlielaq. Minħabba l-kundizzjoni tagħha, hekk kif ġisimha jibda jisħon waqt it-tellieqa, hi tibda titlef is-sensi f’saqajha sakemm ma’ tibqax tħosshom iktar.
Minkejja dan hi tgħallmet iżżomm il-pass tagħha, u tiġri u tiġri sakemm illum saret waħda mill-aqwa atleti f’Carolina. F’tellieqa minnhom, Kayla waqgħet mal-art waqt l-ewwel lap, imma rnexxielha tqum, terġa’ tibda tiġri sakemm qabżet lil kulħadd urebħet it-tellieqa.
Minkejja s-suċċessi tagħha, fl-aħħar ta’ kull tellieqa hi jkollha tintelaq f’idejn il-kowċ tagħha, li jkun qed jistenniha, jerfagħha, ipoġġilha s-silġ biex ġisimha jerġa’ jibda jiksaħ u terġa’ tida ġġib lura s-sensi.
//= $special ?>