Internazzjonali

Fl-Ingilterra: Tinstab wara tlett’ijiem Jessica Buttigieg

Il-Pulizija fl-Ingilterra sabu qawwija u sħiħa lit-tfajla ta’ ħmistax-il sena Jessica Buttigieg wara tfittxija ta’ tlett’ijiem. Jessica kienet sparixxiet wara li niżlet mill-kowċ tal-iskola f’Somerset nhar it-Tlieta li għadda.

Il-każ tal-għejbien tat-tfajla seħħ nhar it-Tlieta li għadda. Fl-istess ġurnata kien hemm rapporti ta’ persuni li qalu li rawha fi ħwienet differenti, madankollu hi ma dehritx iktar minn dakinhar.

Ftit sigħat qabel is-sejba ta’ binthom, Jonathan u Jayne Buttigieg appellaw lit-tfajla biex għallinqas tagħmel kuntatt ma’ nannitha jekk ma tixtieqx li titkellem magħhom.