Internazzjonali

Iktar attakki terroristiċi fin-Niġerja

Il-President tan-Niġerja wiegħed li se jagħmel minn kollox biex jaqbad min kien il-moħħ wara attakk terroristiku li seħħ ilbieraħ fit-Tramuntana tal-pajjiż, attakk li ħalla tnax-il ruħ mejta.

Kollox seħħ waqt li kien qed isir it-talb tal-Ġimgħa filgħaxija f’moskea tal-belt ta’ Kano. Kien f’dak il-hin li numru ta’ nies mgħammda daħlu jisparaw fuq il-Musulmani li kienu qed jagħmlu t-talb tagħhom dak il-ħin, u saħansitra splodew bomba mal-bieb tal-istess moskea. Minbarra dawk li tilfu ħajjithom, l-attakk ħalla wkoll warajh mal-400 ruħ midruba.

Rapporti qed iqabblu dan l-attakk ma’ attakki simili li ilhom iseħħu fin-Nigerja għal dawn l-aħħar snin, u li kellhom warajhom il-grupp terroristiku tal-Boko Haram, grupp militant Iżlamiku li fl-aħħar hames snin kien marbut mal-qtil ta’ madwar 5,000 persuna.