Il-ġurnali lokali u l-opinjoni pubblika tagħti prominenza ewlenija għall-fatt li l-Unjoni Ewropea wissiet lill-gvern Malti dwar il-baġit li ppreżenta għas-sena 2015 u speċifikat li dan mhux “on track”.
Din it-twissija iddominat il-paġni ta’ quddiem tal-ġurnali The Times, In-Nazzjon u The Malta Independent.
Minkejja l-importanza ta’ din l-istorja, il-ġurnal tal-GWU ‘l-Orizzont’ poġġa r-riġenerazzjoni ta’ Strada Sretta fl-ewwel paġna. It-twissija tal-Kummissjoni Ewropea ma tidher imkien bħala prominenza u ghazlet li din l-istorja titpogga fuq gewwa.
F’komunikazzjoni uffiċjali l-Kummissjoni Ewropea wissiet lil Gvern Malti dwar ir-riskju li l-baġit 2015 ma jkunx konformi mar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.
Flimkien ma’ Malta kien hemm pajjiżi oħra li kienu mwissija dwar il-baġits tagħhom. Dawn il-pajjiżi huma l-Belġju, Spanja, Franza, Italja, Awstrija u l-Portugall.
Fit-twissija tagħha l-Kummissjoni Ewropea qalet li t-tnaqqis fl-iżbilanċ tal-finanzi tal-Gvern din is-sena hu ‘l boghod minn dak li kien ġie rakkomandat meta l-UE fetħet proċeduri ta’ defiċit eċċessiv kontra Malta s-sena l-oħra.
Malta kienet imwissija wkoll minħabba d-dejn li fl-2014 se jkun ogħla milli rikjest mir-regoli Ewropej.
Il-Kummissjoni Ewropea appellat lill-gvern Malti biex jieħu l-miżuri neċessrji biex jiġi konformi mal-Patt ta’ Tkabbir u Stabbilta’.
Fit-twissija tagħha l-Kummissjoni Ewrwopea ġibdet l-attenzjoni tal-Gvern Malti biex jaħdem iktar biex itejjeb is-sostenibbilta’ tas-sistema tal-kura tas-saħħa, idaħħal iktar miżuri biex jirriforma l-pensjonijiet u jiżgura li jkompli jnaqqas l-evażjoni tat-taxxa.
Fi stqarrija għal din it-twissja l-Ministeru tal-Finanzi qal li Malta mhix se tbiddel il-bagit u qal li t-twissija ngħatat għaliex il-miżuri ta’ konsolidament fiskali mħabbra fil-bagit, li jammontaw għal €28 miljun, ma ġewx ikkunsidrati formalment mill-Kummissjoni meta din għamlet l-evalwazzjoni tagħha.
//= $special ?>