Ilbieraħ, karozza tal-linja kważi spiċċat f’foss li jdawwar parti mill-Park and Ride ta’ Pembroke. Fuq tal-linja, bir-rotta 205 u li kienet sejra lejn ir-Rabat, kien hemm seba’ passiġġieri.
Jidher li għal xi raġuni l-karozza tal-linja bdiet miexja b’lura, faqgħet il-ħajt li jifred il-foss mill-Park and Ride u spiċċat nofsha mdendla għal isfel.
Nies li kienu fil-post spjegaw kif malli wasal il-Park and Ride, ix-xufier niżel għal mument minn fuq tal-linja u wara ftit il-vettura bdiet mixja waħidha b’lura.
Dwar il-każ infetħet ukoll investigazzjoni interna biex jiġi stabbilit x’wassal għal dan l-inċident.
//= $special ?>