Il-Qorti Eġizzjana f’Kajr ħelset lil eks-President Eġizzjan Hosni Mubarak minn akkuża li kellu sehem fil-qtil ta’ persuni li kienu qed jipprotestaw kontra l-Gvern tiegħu fl-2011. L-inċident wassal għal mewt ta’ mijiet ta’ persuni.
Malli tħabbret is-sentenza, l-awla tal-Qorti nfexxet f’applaws.
Mubarak, li għandu 86, inħeles ukoll minn akkużi ta’ korruzzjoni dwar esportazzjoni ta’ gass lejn l-Iżrael.
Bħalissa hu qed iservi sentenza ta’ tliet snin b’rabta ma’ frodi ta’ fondi pubbliċi.
//= $special ?>

