Internazzjonali

Sekwestrati 3 tunellati ta’ droga fl-Awstralja

Il-Pulizija Awstraljana sekwestrat 3 tunellati ta’ droga, fil-parti kbira amfetamina u dik magħrufa bħala ‘ice’. Dan għall-valur ta’ aktar minn biljun ewro. Id-droga kienet moħbija f’kontejner li daħal f’Sydney mill-Ġermanja u b’rabta mal-każ kienu arrestati sitt persuni u dawn issa qed jissugraw piena ta’ għomorhom il-ħabs.